1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/19
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Teughels vs Il-Kumissjoni
(Kawża F-117/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba minn skema ta’ pensjoni nazzjonali - Regolament li jadotta r-rata tal-kontribuzzjoni fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni - Adattament tal-valuri attwarjali - Neċessità li jiġu adottati dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni - Applikazzjoni ratione temporis tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda)
2014/C 31/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Catherine Teughels (Eppegem, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Likwidazzjoni tad-drittijiet individwali li tistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrenti u tal-kalkolu ta’ numru ta’ snin li għandhom jiġu kkunsidrati fl-istabbiliment ta’ dawn id-drittijiet.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż inkorsi minn C. Teughels.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012, p. 70.
Full & Egal Universal Law Academy