27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/28
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Marzu 2013 — Mendes vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-125/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Dmir tal-amministrazzjoni li tinterpreta l-ilmenti fi spirtu ta’ trasparenza - Tibdil fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti wara li saru t-testijiet ta’ aċċess - Prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali)
2013/C 123/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Isabel Mendes (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/111/10, tas-7 ta’ April 2011, li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas EUR 2 000 lir-rikorrenti.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy