1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/19
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Verile u Gjergji vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-130/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba lejn skema ta’ pensjoni nazzjonali - Regolament li jadatta r-rata tal-kontribuzzjoni mal-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni - Adattament tal-valuri attwarjali - Ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni - Applikazzjoni ratione temporis tad-dispożizzjonijiet ġenereali ta’ eżekuzzjoni ġodda - Irtirar ta’ proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Legalità - Kundizzjonijiet)
2014/C 31/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marco Verile (Cadrezzate, l-Italja) u Anduela Gjergji (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-proposta ta’ kalkolu mill-ġdid tal-PMO.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ Mejju 2011 u tad-19 ta’ Mejju 2011 indirizzati rispettivament lil M. Verile u lil A. Gjergji huma annullati.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn M. Verile u minn A. Gjergji.
(1) ĠU C 65, 03.03.2012, p. 22
Full & Egal Universal Law Academy