31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/44
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — BU vs AEM
(Kawżi magħquda F-135/11, F-51/12, F-110/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Att li jikkawża preġudizzju - Talba skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt - Terminu raġonevoli - Ilment kontra ċħid ta’ lment - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dmir ta’ premura)
2013/C 252/75
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BU (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (AEM) (rappreżentanti: fil-kawża F-135/11, inizjalment minn S. Vincenzo, sussegwentement minn T. Jablonski u G. Gavrilidou, aġenti u assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati, fil-kawża F-51/12, minn T. Jablonski u G. Gavrilidou, aġenti u assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati, u fil-kawża F-110/12, minn T. Jablonski u N. Rampal Olmedo, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li ma jiġix imġedded il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju.
Dispożittiv tal-kawża
(1)
Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ BU, innotifikata bl-ittra tat-30 ta’ Mejju 2011, hija annullata.
(2)
Ir-rikors F-135/11 huwa miċħud għall-kumplament.
(3)
Ir-rikorsi F-51/12 u F-110/12 huma miċħuda.
(4)
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti minn BU fil-kawżi F-135/11 u F-51/12.
(5)
BU għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fil-kawża F-110/12.
(1) ĠU C 65, 03.03.2012, p. 24; ĠU C 209, 14.07.2012, p. 14; ĠU C 379, 08.12.2012, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy