28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/27
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Frar 2012 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-3/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Inċident - Talba għall-inklużjoni ta’ dokument fil-fajl tal-inċident - Ċaħda - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta)
2012/C 126/50
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fil-15 ta’ Marzu 2010 u l-kumpens għad-dannu subit.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(3)
L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 2 000 lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
(1) ĠU C 113, 09.04.2011, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy