19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/40
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — M vs EMA
(Kawża F-6/11) (1)
(Servizz pubbliku - Rikors għad-danni - Rikors manifestament inammissibbli)
2011/C 340/82
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: M (Broxbourne, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Thomann, barrister u I. Khawaja, solicitor)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrent wara aċċident fuq il-post tax-xogħol li seħħ minħabba l-ksur mill-Aġenzija tal-obbligi tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol skont il-leġiżlazzjoni Ewropea u Brittanika.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
M għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 148, 5.6.10, p. 37.
Full & Egal Universal Law Academy