10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/25
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 — Hecq vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-12/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Invalidità - Talba għal bidu mill-ġdid tal-attività professjonali - Talba għad-danni)
2011/C 362/43
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiġi miċħuda t-talba tar-rikorrent sabiex jerġa’ jibda l-attivitajiet professjonali tiegħu u jingħata l-ħlas kollu tal-paga tiegħu ta’ uffiċjal, ikkalkolata mill-1 ta’ Awwissu 2003, kif ukoll tad danni u tal-interessi, kollox flimkien ma’ interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 7 % fis-sena mill-1 ta’ Awwissu 2003.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħla manifestament inammissibbli.
(2)
Hecq għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 113, 09.04.2011, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy