22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/41
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Conticchio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-22/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni - Klassifikazzjoni fi skala - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ammissibbiltà)
2012/C 287/75
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Rosella Conticchio (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Tortora, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti u A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-għoti u l-likwidazzjoni tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ Rosella Conticchio huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibili u parzjalment, bħala manifestament infondat.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 139, 07.05.2011, p. 31
Full & Egal Universal Law Academy