28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/26
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — AY vs Il-Kunsill
(Kawża F-23/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2010 - Eżami komparattiv tal-merti - Nuqqas milli jittieħed inkunsiderazzjoni t-taħriġ ulterjuri u ċ-ċertifikazzjoni - Żball ta’ liġi)
2012/C 126/49
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AY (Bousval, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn É. Boigelot u S. Woog, sussegwentement minn É. Boigelot, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi għall-grad AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u l-.kumpens għad-dannu morali subit.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrifjuta li jippromwovi lil AY għall-grad ta’ AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 hija annullata.
(2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet magħmula sussidjarjament minn AY.
(3)
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors ta’ AY huma miċħuda.
(4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha kemm huma.
(1) ĠU C 226, 30.07.2011, p.31.
Full & Egal Universal Law Academy