28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/27
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2012 — BI vs Cedefop
(Kawża F-31/11) (1)
(Servizz Pubbliku - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Lingwa taċ-ċaħda tal-ilment)
2012/C 126/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BI (Evosmos, il-Greċja) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tas-Cedefop li ttemm l-impjieg tar-rikorrent u talba għall-kumpens tad-dannu materjali u morali subit.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
BI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 186, 25.06.11, p. 33.
Full & Egal Universal Law Academy