31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/47
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-3 ta’ Mejju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-40/11) (1)
(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Ex uffiċjal irtirat minħabba invalidità - Inċident - Nuqqas ta’ kopertura - Rikors li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 252/83
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-benefiċċji li għandu dritt għalihom ir-rikorrent minħabba d-diżabbiltà parzjali permanenti tiegħu.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-40/11, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 186, 25.6.2011, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy