3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/85
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-44/11) (1)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors miżjud bit-terminu ta’ distanza ta’ għaxart ijiem - Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem sussegwenti - Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor - Tardività tar-rikors)
2013/C 225/196
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas somma bħala kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba t-talba indirizzata mill-uffiċjal mediku tal-Kummissjoni lit-tabib tar-rikorrent sabiex jikseb ċertu informazzjoni dwar il-kura medika li rċieva dan tal-aħħar
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment bħala manifestament inammissibbli, u parzjalment bħala manifestament infondat.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 186, 25.6.2011, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy