3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/85
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Mejju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-67/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni - Eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2013/C 225/197
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Servizz Pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża, minn naħa, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata teżegwixxi l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tad-9 ta’ Ġunju 2010, fil-kawża Marcuccio vs Il-Kummissjoni, F-56/09, u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud minħabba li huwa manifestament infondat fid-dritt.
(2)
M. Marcuccio għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża F-67/11 R, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.
(1) ĠU C 319, 29.10.2011, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy