9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/32
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-70/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2008 - Eżenzjoni part-time għal skopijiet ta’ rappreżentazzjoni sindakali - Rapport ta’ evalwazzjoni li jkopri l-funzjonijiet eżerċitati fid-dipartiment assenjat - Konsultazzjoni tal-grupp ad hoc - Nomina skont ir-Regolamenti tal-Persunal - Nomina sindakali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2013/C 38/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba sabiex jiġi annullat ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011, 52.
Full & Egal Universal Law Academy