31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/48
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013 Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-71/11) (1)
(Servizz pubbliku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 252/84
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007, kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu morali.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-71/11, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja.
(2)
Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 355, 03.12.2011, p. 30
Full & Egal Universal Law Academy