12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/32
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2011 — Wendelboe vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-85/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kwistjonijiet proċedurali - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Rifjut ta’ promozzjoni - Trasferiment interistituzzjonali matul il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċjal ġiet promossa fl-istituzzjoni tagħha ta’ oriġini - Ilment - Dewmien - Inammissibbiltà)
2012/C 138/72
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Wendelboe (Howald, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Bercheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AST 5 mill-1 ta’ Marzu 2009 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Wendelboe hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 340, 19/11/2011, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy