21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/31
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Alionescu vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-91/11)
(Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Deċiżjoni ta’ estensjoni tat-terminu ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas ta’ lment - Inammissibbiltà manifesta)
2012/C 217/66
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ciprian-Calin Alionescu (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentant: M. Stănculescu, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li testendi b’sitt sigħat it-terminu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fil-kuntest tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/206-207/11.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
C.-C. Alionescu għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
Full & Egal Universal Law Academy