31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/48
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-100/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance ta’ kuljum - Kundizzjonijiet għall-għoti - Stabbiliment effettiv tal-post tax-xogħol - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Spejjeż legali - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)
2013/C 252/86
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-għoti lir-rikorrent tal-allowances ta’ kuljum fir-rigward tad-deċiżjoni tat-trasferiment tiegħu mid-delegazzjoni fl-Angola għas-sede fi Brussell.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 2 000.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012, p. 67.
Full & Egal Universal Law Academy