23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/21
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2012 — Oprea vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-108/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni - Proċedura prekontenzjuża - Żvolġiment irregolari - Inammissibbiltà manifesta)
2012/C 184/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Valentin Oprea (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Fratini u F. Filpo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/198/10 li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-kompetizzjoni msemmija minħabba allegat nuqqas ta’ esperjenzi professjonali.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
V. Oprea għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 25, 28.01.12, p. 69.
Full & Egal Universal Law Academy