9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/32
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012 — Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-109/11) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2009 - Eżenzjoni għal nofs il-ħin għal finijiet ta’ rappreżentazzjoni sindakali - Rapport ta’ evalwazzjoni li jkopri l-funzjonijiet eżerċitati fis-servizz ta’ assenjazzjoni - Nomina mir-Regolamenti tal-Persunal - Nomina sindakali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2013/C 38/63
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament ta’ parti mir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2009.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
(2)
G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 6, 07.01.2012, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy