20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/46
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-113/11) (1)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Firma bil-miktub tal-avukat differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 114/70
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent sabiex jitħallas l-arretrati tar-remunerazzjoni dovuti għax-xahar ta’ Awwissu 2010.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 25, 28.01.2012, p. 69.
Full & Egal Universal Law Academy