31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/49
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Rodrigues Regalo Corrêa vs Il-Parlament
(Kawża F-114/11) (1)
(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra - Rikors manifestament infondat)
2013/C 252/88
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: João Manuel Rodrigues Regalo Corrêa (Kehlen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u V. Montebello-Demogeot, aġenti)
Suġġett
Talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament sabiex ċerta għajnuna finanzjarja minn Stat Membru lill-istudenti tal-edukazzjoni ogħla titqies bħala allowance tal-istess natura bħall-allowances tal-familja u sabiex din l għajnuna finanzjarja titnaqqas mill-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni sabiex jiġi rkuprat il-ħlas mhux dovut.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ J. M. Rodrigues Regalo Corrêa huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
J. M. Rodrigues Regalo Corrêa għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 6, 07.01.2012, p. 28.
Full & Egal Universal Law Academy