8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/98
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI
(Kawża F-128/11) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni 2010 - Kontestazzjoni - Proċeduri interni - Kundizzjonijiet - Rinunzja - Rikors - Interess ġuridiku - Assenza - Terminu raġonevoli - Nuqqas ta’ osservanza - Inammissibbiltà manifesta))
(2016/C 048/112)
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
It-talba intiża, l-ewwel nett, għall-annullament tal-posta elettronika u tad-deċiżjonijiet tal-BEI dwar il-proċedura amministrattiva fil-kuntest tal-evalwazzjoni tar-rendiment tiegħu matul is-sena 2010, it-tieni nett, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li permezz tagħha huwa rrifjuta li tinbeda l-proċedura ta’ konċiljazzjoni quddiem il-Kummissjoni ta’ Konċiljazzjoni, it-tielet nett, għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni annwali tar-rikorrent għas-sena 2010 fil-parti fejn ma jattribwixxix il-marka “exceptional performance” jew “very good performance” u ma jipproponix, fir-rigward tar-rikorrent, promozzjoni għall-funzjoni D u, finalment, talba sabiex il-BEI jiġi kkundannat għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali u fiżiċi subiti mir-rikorrent.
Dispożittiv tad-digriet
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
C. De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Bank Ewropew tal-Investiment.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy