31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/50
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-141/11) (1)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat b’faks fit-terminu għal preżentata ta’ rikors - Firma bl-idejn tal-avukat differenti minn dik li tinsab fl-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 252/90
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti u assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għall-ħlas tal-arretrati ta’ remunerazzjoni dovuta lilu għax-xhur ta’ Settembru sa Diċembru 2010 u ta’ Jannar 2011.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 65, 03.03.2012, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy