31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/50
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-143/11) (1)
(Servizz pubbliku - Ċaħda mill-Awtorità tal-Ħatra ta’ talba għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti għall-finijiet tal-proċedura - Rikors għal annullament li għandu l-istess suġġett bħal talba għall-intaxxar tal-ispejjeż - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 252/91
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba biex tiġi annullata d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li ma tirrimborsax kwart tal-ispejjeż, sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-kawża F-81/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li fiha l-konvenuta ġiet ikkundannata bis-sentenza tal-15 ta’ Frar 2011.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 65, 3.3.2012, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy