31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/50
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2013 — Mateo Pérez vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-144/11) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Talba għall-annullament ta’ rettifika ta’ avviż ta’ kompetizzjoni - Rettifika li ma tistabbilixxix kundizzjonijiet li jeskludu lir-rikorrent - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżaminajiet ta’ evalwazzjoni - Ammissibbiltà - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 252/92
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Mateo Pérez (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: I. Ruiz García, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, bħala aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet tal-għażla wara l-pubblikazzjoni ta’ rettifika tal-avviż ta’ kompetizzjoni li tannulla n-nota eliminatorja għall-eżami (d) ta’ kompetenzi professjonali.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Mateo Pérez mill-14 ta’ Marzu 2012, jiġifieri d-data tal-preżentata tar-risposta.
(3)
Mateo Pérez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu ta’ qabel l-14 ta’ Marzu 2012.
(1) ĠU C 65, 03.03.2012, p.27.
Full & Egal Universal Law Academy