18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/21
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2011 — AV vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-4/11)
2011/C 179/34
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AV (Cadrezzate, l-Italja) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjonijiet li fil-konfront tar-rikorrent tiġi applikata r-riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li ma jingħatax l-allowance ta’ invalidità
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Ottubru 2010 li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent imressaq kontra d-deċiżjonijiet tat-12 ta’ April ta’ qabel li fil-konfront tiegħu tiġi applikata r-riżerva prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u tas-16 ta’ April 2010 li ma jingħatax allowance ta’ invalidità;
—
sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet tat-12 ta’ April 2010 li fil-konfront tar-rikorrent tiġi applikata l-klawżola ta’ riżerva prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u tas-16 ta’ April ta’ wara li ma jingħatax allowance ta’ invalidità;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy