21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/33
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2011 — AX vs Il-BĊE
(Kawża F-7/11)
2011/C 152/58
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: AX (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li permezz tagħha r-rikorrent ġie sospiż b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2010 u talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li l-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-4 ta’ Awwissu 2010 lil permezz tagħha r-rikorrent ġie sospiż b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2010;
—
konsegwentement, tordna r-riintegrazzjoni tar-rikorrent fil-funzjoni tiegħu flimkien mal-informazzjoni adegwata pprovduta lill-pubbliku sabiex ir-reputazzjoni tiegħu terġa’ tkun bħal ma kienet.
—
fi kwalunkwe, każ, tordna l-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrent stmati ex aequo et bono għal EUR 20 000.
—
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy