26.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/14
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2011 — Nieminen vs Il-Kunsill
(Kawża F-8/11)
2011/C 95/22
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Risto Nieminen (Kraainen, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD12 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2010.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta’ Ottubru 2010 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra n-nuqqas ta’ promozzjoni tiegħu għall-grad AD12 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2010;
—
jekk ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD12 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2010;
—
jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy