21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/33
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2011 — Sabbag Afota vs Il-Kunsill
(Kawża F-9/11)
2011/C 152/59
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Veronica Sabbag Afota (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad ta’ AD 11 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2010.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2010, li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad ta’ AD 11 matul din il-proċedura;
—
safejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tat-tieni evalwatur li tistabbilixxi ir-rapport finali tar-rikorrenti għall-perijodu ta’ evalwazzjoni 2008-2009 u d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-26 ta’ April 2010, li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad ta’ AD 11 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2010.
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy