13.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/37
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2011 — Strohm vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-14/11)
2011/C 238/66
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Andreas Strohm (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Schlenker, M. Heimburger, R. Bakker, U. Thanner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta, inkwantu din irrifjutat li tieħu responsabbiltà sħiħa għall-ispejjeż mediċi marbuta ma’ kura dentali.
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
—
jannulla r-rendikonti tal-1 ta’ Ġunju, tal-4 tal-Ġunju u tal-25 ta’ Novembru 2010 (numri tal-lista rispettivi: 10003157, 10003164 u 10003383) kif ukoll id-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-4 u tal-11 ta’ Ġunju 2010 (numru ta’ referenza: 100525302817) filwaqt li jordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent EUR 4 251,49, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ ħamsa fil-mija;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy