25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/33
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummisssjoni
(Kawża F-17/11)
2011/C 186/60
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Blot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummisssjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
prinċipalment, jannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tagħha ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt, kif tirriżulta impliċitament min-nota tat-28 ta’ April 2010 u, sa fejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni tal-ARKK li tiċħad l-ilment;
—
konsegwentement, jirreintegra lir-rikorrenti fil-funzjonijiet tagħha;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament għal EUR 27 000 bi ħlas għad-dannu materjali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 15 000 (ħmistax-il elf euro), bi ħlas għad-dannu morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;
—
jikkundanna lill-Kummisssjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy