25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/33
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-27/11)
2011/C 186/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta li jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għall-benefiċċji mediċi mitluba mir-rikorrent għal ibnu, għal martu u għalih innifsu.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u, sa fejn hu meħtieġ, id-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzata tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li tirrifjuta t-talba
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy