11.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 173/16
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-29/11)
2011/C 173/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/147/09-RO li ma aċċettatx lir-rikorrenti għall-eżami orali tal-kompetizzjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tad-direttur tal-EPSO tal-10 ta’ Diċembru 2010 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;
—
sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/147/09-RO li tattribwixxi lir-rikorrenti marka eliminatorja ta’ 6/10 għall-eżami bil-miktub C tagħha;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy