9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/30
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — ZZ vs Europol
(Kawża F-34/11)
2011/C 204/54
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: D. Dane, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grad AST 5.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2010 li biha l-konvenut innotifika lir-rikorrent li l-valutazzjoni tal-kariga tiegħu kienet miżmuma fil-grad AST 5.
—
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy