11.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 173/16
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-37/11)
2011/C 173/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO AD/177/10.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-13 ta’ Lulju 2010, li r-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO AD/177/10;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-5 ta’ Jannar 2011, li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrenti;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;
—
sussidjarjament, jaqta’ u jiddeċiedi li r-rikorrent ma għandux jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy