24.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/51
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-41/11)
2011/C 282/96
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent sabiex jiġġedded il-kuntratt tiegħu bħala aġent temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg (RAA).
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Frar 2011 tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent sabiex jiġġedded il-kuntratt tiegħu bħala aġent temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg (RAA);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy