25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/34
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2011 — Honnefelder vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-42/11)
2011/C 186/64
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Stephanie Honnefelder (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Bode, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
—
jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-11 ta’ Frar 2011;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż;
—
jekk ikun il-każ, jagħti sentenza fil-kontumaċja.
Full & Egal Universal Law Academy