25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/35
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-46/11)
2011/C 186/67
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li t-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti tiġi arkivjata.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Ġunju 2010, li jarkivja t-talba għal assistenza tar-rikorrenti tal-5 ta’ Diċembru 2007;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas għad-dannu morali subit mir-rikorrenti, iffissat għal EUR 10 000, bir-riżerva ta’ żieda matul il-proċedura, kif ukoll li tirrimborsa l-ispejjeż inkorsi matul il-proċedimenti prekontenzjużi;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy