25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/36
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-50/11)
2011/C 186/69
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-AIPN li tagħti lir-rikorrent punt wieħed ta’ mertu għar-rapport ta’ evalwazzjoni 2009.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-20 ta’ Jannar 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-AIPN, tal-11 ta’ Mejju 2010, mgħarrfa lir-rikorrent fis-27 ta’ Mejju 2010, li biha kienet ser tagħti lir-rikorrent punt wieħed biss ta’ mertu għar-rapport ta’ evalwzzjoni 2009;
—
tindika lill-AIPN l-effetti li jseħħu wara l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati;
—
tordna li jingħataw EUR 2 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-danni morali subiti;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy