27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/56
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-51/11)
2011/C 252/124
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-EPSO li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/77/06 u li tistieden lir-rikorrent sabiex jipparteċipa mill-ġdid fl-ewwel fażi ta’ din il-kompetizzjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-EPSO li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ kompetizzjoni;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tal-11 ta’ Marzu 2011;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy