30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/31
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-56/11)
2011/C 226/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li tiġi imposta fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni li titniżżel b’żewġ gradi fl-istess grupp ta’ funzjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-6 ta’ Lulju 2010 li timponi fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni li titniżżel b’żewġ gradi fl-istess grupp ta’ funzjoni wara d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-16 ta’ Novembru 2009 li tiftaħ proċedura dixxiplinari fil-konfront tagħha;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy