16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/34
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — ZZ et vs BEI
(Kawża F-58/11)
2011/C 211/69
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F Spitaleri, avukati)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI li jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet tar-rikorrenti għas-sistema tal-pensjonijiet kif ukoll il-kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Jannulla d-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment li jirriżultaw mill-karta tas-salarju ta’ Frar 2011 tar-rikorrenti, li jżidu l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti għas-sistema tal-pensjonijiet, permezz taż-żieda fil-bażi tal-kalkolu (remunerazzjoni suġġetta għal tnaqqis) tal-imsemmija kontribuzzjoni, kif ukoll tal-koeffiċjent tal-kalkolu, espress bħala perċentwali tal-imsemmija remunerazzjoni suġġetta għal tnaqqis, min-naħa l-oħra;
—
jikkundanna lill-Bank sabiex iħallas EUR 1 simbolika, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti;
—
jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy