16.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/35
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs BĊE
(Kawża F-60/11)
2011/C 211/71
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tikkonferma d-deċiżjoni preċedenti tiegħu dwar is-sospensjoni tar-rikorrent b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2010 u talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
—
jannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tat-23 ta’ Novembru 2010 li tikkonferma d-deċiżjoni tal-4 ta’ Awwissu 2010 dwar is-sospensjoni tar-rikorrent u, jekk ikun neċessarju, id-deċiżjoni tal-15 ta’ Marzu 2011 li tiċħad l-appell speċjali;
—
konsegwentement, jordna l-integrazzjoni sħiħa mill-ġdid tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu permezz ta’ reklamar xieraq sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid l-unur tiegħu;
—
fi kwalunkwe każ, tordna li jingħata kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR 20 000,00;
—
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy