27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/57
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża F-65/11)
2011/C 252/127
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: O. Mader, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li permezz tagħha ġew attribwiti biss żewġ punti ta’ mertu lir-rikorrent għall-proċedura ta’ evalwazzjoni 2004, li matul tagħha huwa kien impjegat mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrenti jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
—
jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tad-19 ta’ Lulju 2010, dwar in-nuqqas li jingħata it-tielet punt ta’ mertu lir-rikorrent fil-kuntest tal-evalwazzjoni tiegħu għal 2004, u tat-28 ta’ April 2011, dwar iċ-ċaħda tal-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2010;
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas kumpens lir-rikorrent għal dannu morali subit minnu, f’ammont li għandu jiġi ddeterminat b’mod ekwu;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy