3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/30
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża F-71/11)
(2011/C 355/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: J.-M. Bauler, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007, kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-danni morali
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007; sussidjarjament, tannulla n-nota tad-9 ta’ Settembru 2009 stabbilita sussegwentement għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni preċedenti li jitratta l-istess perijodu;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tal-14 ta’ April 2011;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni morali;
—
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy