1.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 290/20
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-74/11)
2011/C 290/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodriguez, A. Blot and C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti tal-Kummissjoni, li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal jogħġbu:
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti tal-Kummissjoni, li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tiegħu u, sa fejn huwa neċessarju, jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy