29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/29
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-76/11)
2011/C 319/63
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Guarino, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jikseb allowance ta’ espatrijazzjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ April 2011;
—
konsegwentement, tiddikjara d-dritt tar-rikorrent għall-allowance ta’ espatrijazzjoni prevista mill-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-imsemmija allowance mis-16 ta’ Awwissu 2010, id-data li fiha daħal fis-servizz ir-rikorrent, flimkien mal-interessi kumpensatorji ta’ kull xahar sakemm isir il-ħlas effettiv;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy