22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/47
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-79/11)
2011/C 311/86
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti minħabba n-nuqqas ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza F-128/07.
Talbiet tar-rikorrent
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000 abbażi tat-telf ta’ opportunità subit minħabba n-nuqqas ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tiegħu;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 5 000 abbażi tad-dannu morali subit minħabba n-nuqqas ta’ kull komunikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni dwar is-segwitu li kellha l-intenzjoni li tagħti lis-sentenza ta’ annullament;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy