29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/30
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2011 — ZZ vs Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
(Kawża F-80/11)
2011/C 319/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni dwar ix-xoljiment tal-kuntratt tar-rikorrenti għal raġunijiet dixxipplinari u l-ħlas ta’ somma ta’ flus bħala kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti tal-11 ta’ Ottubru 2010 li xxolji b’mod antiċipat il-kuntratt tar-rikorrenti, b’avviż ta’ temm ta’ impjieg ta’ xahrejn, li kien jiskadi fil-11 ta’ Diċembru 2010;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kif ukoll għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 300 000 bħala kumpens għad-danni materjali u morali subiti mir-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy